7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/64
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2015 – Ineos Manufacturing Deutschland et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-280/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u favur impriżi li jagħmlu użu intensiv tal-enerġija - Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali sussegwentement għall-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 294/78)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ineos Manufacturing Deutschland GmbH (Köln, il-Ġermanja); Ineos Phenol GmbH (Gladbeck, il-Ġermanja); u Ineos Vinyls Deutschland GmbH (Wilhelmshaven, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Arhold, L. Petersen, F.-A. Wesche, N. Wimmer u T. Woltering, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, assistiti minn C. von Donat u G. Quardt, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 4424 final, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward tal-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u favur l-utenti l-kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA. 33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors ineżami.
2)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent imressqa mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.
3)
Ineos Manufacturing Deutschland GmbH, Ineos Phenol GmbH u Ineos Vinyls Deutschland GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
4)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 223, 14.7.2014.
Full & Egal Universal Law Academy