22.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/32
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2015 – Dyckerhoff Polska vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-284/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Assenza ta’ forza maġġuri jew ta’ każ fortuwitu - Inammissibbiltà manifesta - Eċċezzjoni ta’ illegalità”))
(2015/C 205/43)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Dyckerhoff Polska sp. z o.o. (Nowiny, il-Polonja) (rappreżentant: K. Kowalczyk, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar il-miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew.
3)
Dyckerhoff Polska sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 245, 28.7.2014.
Full & Egal Universal Law Academy