1.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 431/24
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2014 – Energiewerke Nord vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-288/14 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris”))
(2014/C 431/42)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Energiewerke Nord GmbH (Rubenowchaeffler, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz u B. Wißmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy