27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/21
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – H-O-T Servicecenter Nürnberg et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-289/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għal annullament - Talba għall-adattament tat-talbiet - Assenza ta’ fattur ġdid - Inammissibbiltà”))
(2015/C 245/25)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: H-O-T Servicecenter Nürnberg GmbH (Nuremberg, il-Ġermanja); H-O-T Servicecenter Schmölln GmbH & Co. KG (Schmölln, il-Ġermanja); H-O-T Servicecenter Allgäu GmbH & Co. KG (Memmingerberg, il-Ġermanja); u EB Härtetechnik GmbH & Co. KG (Nuremberg) (rappreżentanti: inizjalment A. Reuter, C. Arhold, N. Wimmer, F.-A. Wesche, K. Kindereit, R. Busch, A. Hohler u T. Woltering, sussegwentement A. Reuter, C. Bürger, T. Christner u G. Müllejans, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn C. von Donat u G. Quardt, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti.
2)
It-talba intiża sabiex it-talbiet tar-rikors preżenti jiġu adattati għall-finijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 8786 finali, tal-25 ta’ Novembru 2014, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur elettriku minn sorsi rinnovabbli u konsumaturi kbar tal-enerġija, hija miċħuda bħala inammissibbli.
3)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA.
4)
H-O-T Servicecenter Nürnberg GmbH, H-O-T Servicecenter Schmölln GmbH & Co. KG, H-O-T Servicecenter Allgäu GmbH & Co. KG u EB Härtetechnik GmbH & Co. KG għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
5)
L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 223, 14.07.2014.
Full & Egal Universal Law Academy