16.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 56/21
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Christian Dior Couture vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ripetittiv b’effett intaljat)
(Kawża T-313/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Rifjut parzjali għar-reġistrazzjoni - Irtirar parzjali tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 056/29)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Christian Dior couture SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Sabatier, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Pétrequin u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Marzu 2014 (Każ R 459/2013-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni internazzjonali li tirrigwarda l-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 223, 14.07.2014.
Full & Egal Universal Law Academy