18.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 121/29
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2017 – Helbrecht vs EUIPO – Lenci Calzature (SportEyes)
(Kawża T-333/14) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Annullament tat-trade mark figurattiva preċedenti li sservi ta’ bażi għad-deċiżjoni kkontestata - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2017/C 121/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Andreas Helbrecht (Hilden, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. König, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lenci Calzature SpA (Turchetto-Montecarlo, l-Italja) (rappreżentanti: F. Celluprica u F. Fischetti, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-27 ta’ Frar 2014 (Każ R 830/2013-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lenci Calzature u A. Helbrecht.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Lenci Calzature SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Andreas Helbrecht. L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 235, 21.7.2014.
Full & Egal Universal Law Academy