23.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 96/20
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Jannar 2015 – UNIC vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-338/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Azzjonijiet konġunti intiżi sabiex jiffavorixxu l-iżvilupp sostenibbli fuq livell ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw - Preferenzi tariffarji ġeneralizzati mogħtija għall-ġilda maħduma u nofsha maħduma li ġejja mill-Indja, mill-Pakistan u mill-Etjopja - Ċaħda tat-talba għall-irtirar temporanju tal-preferenzi ġeneralizzati mogħtija - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))
(2015/C 096/26)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Unione nazionale industria conciaria (UNIC) (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: A. Fratini u M. Bottino, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. De Meester u D. Recchia, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Marzu 2014, indirizzata lir-rikorrenti u li tiċħad it-talba tagħha sabiex tinbeda l-proċedura ta’ rtirar temporanju tal-arranġamenti preferenzjali ġeneralizzati mogħtija lir-Repubblika tal-Indja, lir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u lir-Repubblika Demokratika Federali tal-Etjopja għall-ġlud mhux maħduma u nofshom maħduma.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent imressqa mir-Repubblika Taljana.
3)
L-Unione nazionale industria conciaria (UNIC) għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni.
(1) ĠU C 212, 07.07.2014.
Full & Egal Universal Law Academy