19.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 475/16
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Kurchenko vs Il-Kunsill
(Kawża T-339/14) (1)
((Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Nuqqas ta’ rappreżentazzjoni minn avukat - Rikorrent li waqaf iwieġeb għat-talbiet tal-Qorti Ġenerali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))
(2016/C 475/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Serhiy Vitaliyovych Kurchenko (Chuhuiv, l-Ukrajna) (rappreżentanti: B. Kennelly, QC, J. Pobjoy, barrister, M. Drury, A. Swan u J. Binns, solicitors)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: Á. De Elera San Miguel Hurtado u J. P. Hix, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bartelt u D. Gauci, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa waħda, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 26), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 1), u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 tal-5 ta’ Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015, L 62, p. 25), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357 tal-5 ta’ Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015, L 62, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent, kif ukoll, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 277 TFUE u intiża għad-dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ applikabbiltà għar-rikorrent tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2014/119, kif emendata bid-deċiżjoni Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/143 tad-29 ta’ Jannar 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU 2015, L 24, p. 16), kif ukoll tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 208/2014, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/138 tad-29 ta’ Jannar 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 208/2014 (ĠU 2015, L 24, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
2)
Serhiy Vitaliyovych Kurchenko huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għall-dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 253, 4.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy