16.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 56/21
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – CR vs Il-Parlament u Il-Kunsill
(Kawża T-342/14 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance għall-ulied dipendenti - Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament - Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 85(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Ċertezza legali - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Appell manifestament infondat”))
(2015/C 056/30)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: CR (Malling, Franza) (rappreżentant: A. Salerno, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: V. Montebello-Demogeot u E. Taneva, aġenti); u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bauer u A. Bisch, sussegwentement M. Bauer u E. Rebasti, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Marzu 2014, CR vs Il-Parlament (F-128/12, ĠabraSP, EU:F::2014:38), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
CR għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu, kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew fil-kuntest ta’ din l-istanza.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
(1) ĠU C 212, 07.07.2014.
Full & Egal Universal Law Academy