16.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 56/22
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2014 – Quanzhou Wouxun Electronics vs UASI – Locura Digital (WOUXUN)
(Kawża T-345/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Assenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri - Inammissibbiltà manifesta”))
(2015/C 056/31)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Quanzhou Wouxun Electronics Co. Ltd (Quanzhou, iċ-Ċina) (rappreżentanti: A. Sebastião u J. Pimenta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Locura Digital, SL (Granollers, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Frar 2014 (Każ R 407/2013-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali WOUXUN bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Quanzhou Wouxun Electronics Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 235, 21.07.2014.
Full & Egal Universal Law Academy