12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/44
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2016 – Yanukovych vs Il-Kunsill
(Kawża T-347/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent - Adattament tat-talbiet - Mewt tar-rikorrent - Inammissibbiltà - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni fil-lista - Rikors manifestament fondat”))
(2016/C 335/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Olga Stanislavivna Yanukovych, bħala eredi ta’ Viktor Viktorovych Yanukovych (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: T. Beazley, QC)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment E. Finnegan u J.-P. Hix, sussegwentement J. P. Hix u P. Mahnič Bruni, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bartelt u D. Gauci, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 26, rettifika ĠU L 350, p. 15), kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/216/PESK, tal-14 ta’ April 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU 2014, L 111, p. 91), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 1), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 381/2014, tal-14 ta’ April 2014, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (ĠU 2014, L 111, p. 33), u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/143, tad-29 ta’ Jannar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU 2015, L 24, p. 16), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/138, tad-29 ta’ Jannar 2015, li jemenda r-Regolament Nru 208/2014 (ĠU 2015, L 24, p. 1), kif ukoll tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364, tal-5 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU 2015, L 62, p. 25), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (ĠU 2015, L 62, p. 1), sa fejn dawn jikkonċernaw lil V. Viktorovych Yanukovych.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, huma annullati, fil-verżjonijiet inizjali tagħhom, sa fejn dawn jikkonċernaw lil Viktor Viktorovych Yanukovych.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk esposti minn Olga Stanislavivna Yanukovych, fil-kwalità ta’ eredi ta’ Viktor Viktorovych Yanukovych, f’dak li jikkonċerna t-talba għal annullament imressqa fir-rikors.
4)
Olga Stanislavivna Yanukovych, fil-kwalità ta’ eredi ta’ Viktor Viktorovych Yanukovych, hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk esposti mill-Kunsill, f’dak li jikkonċerna t-talba għal annullament imressqa fin-nota ta’ adattament.
5)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 253, 4.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy