23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/56
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2015 – Aravinitis et vs Il-Parlament et
(Kawża T-350/14) (1)
((“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u għad-danni - Terminazzjoni tal-attività tal-kumpannija Olympiaki Aeroporia (OA) - Dannu allegatament subit mill-impjegati temporanji ta’ OA minħabba n-nuqqas li tittieħed azzjoni mill-konvenuti li jikkonsisti fin-nuqqas milli jħarsu li jiġu applikati r-regoli tal-liġi tal-Unjoni Ewropea fl-okkażjoni tat-tkeċċija tagħhom - Assenza ta’ preċiżazzjoni tar-rabta kawżali bejn id-dannu invokat u l-aġir tal-konvenuti - Inammissibbiltà”))
(2015/C 389/64)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Athanasios Arvanitis (Rodi, il-Greċja) u l-erbgħa u sebgħin rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tad-digriet (rappreżentant: C. Papadimitriou, avukat)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio u A. Troupiotis, aġenti); Il-Kunsill Ewropew; Il-Grupp tal-Euro; Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino u M. Balta, aġenti); Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u M. Konstantinidis, aġenti); u Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: P. Papapaschalis u P. Senkovic, aġenti);
Suġġett
Minn naħa, talba intiża biex jiġi kkonstatat li l-konvenuti naqsu illegalment milli jħarsu l-applikazzjoni tajba ta’ ċerti regoli tal-Unjoni Ewropea fl-okkażjoni tat-tkeċċija tagħhom, kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba dan in-nuqqas li tittieħed azzjoni u minħabba l-miżuri adottati mill-awtoritajiet Elleniċi b’riżultat ta’ ċerti deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tal-Grupp tal-Euro u tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Athanasios Arvanitis u l-erbgħa u sebgħin rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness ta’ dan id-digriet huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 439, 08.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy