16.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 56/23
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2014 – STC vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-355/14 R)
((“Proċedura għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Kostruzzjoni u manutenzjoni ta’ ċentrali tal-enerġija bi tliet sistemi - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ fumus boni juris”))
(2015/C 056/32)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: STC SpA (Forlì, l-Italja) (rappreżentanti: A. Marelli u G. Delucca, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Cappelletti, L. Di Paolo u F. Moro, aġenti)
Suġġett
Essenzjalment, minn naħa waħda, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tat-3 ta’ April 2014 li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet l-offerta mressqa minn STC fil-kuntest tas-sejħa għal offerti JRC IPR 2013 C04 0031 OC fir-rigward tal-kostruzzjoni ta’ ċentrali tal-enerġija bi tliet sistemi mgħammra b’turbina tal-gass u l-manutenzjoni tagħha f’Ispra (L-Italja) il-post fejn jinsab iċ-Ċentru Komuni ta’ Riċerka tagħha (CCR) (ĠU 2013/S 137-237146), tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni attribwiet il-kuntrat lil CPL Concordia, u, għaldaqstant, tad-deċiżjonijiet l-oħra kollha sussegwenti, u, min-naħa l-oħra, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ aċċess għad-dokumenti kif ukoll miżura provviżorja li tippermetti l-eżerċizzju sħiħ tad-dritt għall-aċċess għad-dokumenti tas-sejħa għal offerti.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy