23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/33
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2016 – STC vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-355/14) (1)
((“Kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Bini ta’ impjant ta’ triġenerazzjoni mgħammar b’turbina tal-gass u manutenzjoni konnessa - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Irtirar tal-att ikkontestat - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2017/C 022/44)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: STC SpA (Forlì, l-Italja) (rappreżentanti: A. Marelli u G. Delucca, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn L. Di Paolo, F. Moro u L. Cappelletti, sussegwentement minn L. Di Paolo u F. Moro, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: CPL Concordia Soc. coop. (Concordia Sulla Secchia, l-Italja) (rappreżentant: A. Penta, avukat)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ April 2014 li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti JRC IPR 2013 C04 0031 OC, dwar il-bini ta’ impjant ta’ triġenerazzjoni mgħammar b’turbina tal-gass u l-manutenzjoni tiegħu (JO 2013/S 137-237146) fuq is-sit taċ-Ċentru komuni ta’ riċerka (JRC) f’Ispra (l-Italja), it-tieni nett, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti l-kuntratt lil CPL Concordia, kif ukoll ta’ kull att ieħor konness, preċedenti jew sussegwenti għal din id-deċiżjoni, inkluż id-deċiżjoni eventwali li tapprova l-kuntratt u, jekk ikun il-każ, il-kuntratt stess, it-tielet nett, tal-ittra tal-Kummissjoni tal-15 ta’ April 2014 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li taċċedi għad-dokumenti tas-sejħa għal offerti u, min-naħa l-oħra, talba intiża, prinċipalment, sabiex tobbliga lill-Kummissjoni tirrevoka l-għoti tal-kuntratt u tattribwixxi l-imsemmi kuntratt lir-rikorenti u, sussidjarjament, jekk id-dannu ma jkunx jista’ jiġi kkumpensat in natura, tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu sosntut.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
2)
It-talbiet ta’ CPL Concordia Soc. coop. huma miċħuda bħala manifestament inammissibbli.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati ma’ din il-proċedura kif ukoll mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 223, 14.7.2014.
Full & Egal Universal Law Academy