25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/55
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2015 – Švyturys-Utenos Alus vs UASI – Nordbrand Nordhausen (KISS)
(Kawża T-360/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tittieħed deċiżjoni”))
(2016/C 027/70)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Švyturys-Utenos Alus UAB (Utena, il-Litwanja) (rappreżentanti: R. Žabolienė u I. Lukauskienė, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nordbrand Nordhausen GmbH (Nordhausen, il-Ġermanja)(rappreżentant: C. Düchs, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1302/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nordbrand Nordhausen GmbH u Švyturys-Utenos Alus UAB.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tittieħed deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Švyturys-Utenos Alus UAB u Nordbrand Nordhausen GmbH huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
(1) ĠU C 253, 4.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy