25.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/43
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2016 – REWE-Zentral vs EUIPO – Vicente Gandía Pla (MY PLANET)
(Kawża T-362/14) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 270/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: REWE-Zentral AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter u A. Wagner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. P. Harrington u P. Bullock, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Vicente Gandía Pla, SA (Chiva, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Marzu 2014 (Każ R 201/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Vicente Gandía PIa SA u REWE-Zentral AG.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
REWE-Zentral AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 261, 11.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy