12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/45
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2016 – Pshonka vs Il-Kunsill
(Kawża T-380/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar tal-fondi - Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li japplika għalihom l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent - Terminu tar-rikors - Ammissibbiltà - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni fil-lista - Rikors manifestament fondat”))
(2016/C 335/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Artem Viktorovych Pshonka (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: C. Constantina u J. M. Reymond, avukati)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u A. Vitro, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bartelt u D. Gauci, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 26), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 1), sa fejn isemmu lir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, huma annullati sa fejn isemmu lil Artem Viktorovych Pshonka.
2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn A. V. Pshonka.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 261, 11.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy