11.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/28
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2015 – Europower vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-383/14 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Kostruzzjoni u manutenzjoni ta’ impjant ta’ triġenerazzjoni - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2015/C 155/33)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Europower SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cocco u L. Salomoni, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Cappelletti, L. Di Paolo u F. Moro, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, essenzjalment, tad-deċiżjoni tat-3 ta’ April 2014 li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet l-offerta ta’ Europower fil-kuntest tas-sejħa għal offerti JRC IPR 2013 C04 0031 OC, dwar il-kostruzzjoni ta’ impjant tal-enerġija triġenerazzjoni mgħammar b’turbina tal-gass u l-manutenzjoni tiegħu fis-sit ta’ Ispra (l-Italja) taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka tagħha (JRC) (ĠU 2013/S 137-237146), u tat il-kuntratt lil CPL Concordia u, konsegwentement, tad-deċiżjonijiet l-oħra kollha sussegwenti.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy