23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/33
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2016 – Europower vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-383/14) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Kostruzzjoni ta’ impjant ta’ triġenerazzjoni mgħammar b’turbina tal-gass u l-manutenzjoni tiegħu - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Irtirar tal-att ikkontestat - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2017/C 022/45)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Europower SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cocco u L. Salomoni, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Cappelletti, F. Moro u L. Di Paolo, sussegwentement L. Di Paolo u F. Moro, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: CPL Concordia Soc. coop. (Concordia Sulla Secchia, l-Italja) (rappreżentant: A. Penta, avukat)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ April 2014 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti JRC IPR 2013 C04 0031 OC, dwar il-kostruzzjoni ta’ impjant ta’ triġenerazzjoni mgħammar b’turbina tal-gass u l-manutenzjoni tiegħu (ĠU 2013/S 137-237146) fis-sit tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (JRC) ta’ Ispra (l-Italja), tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tat il-kuntratt lil CPL Concordia, u tad-deċiżjonijiet l-oħra kollha konnessi, preċedenti jew sussegwenti, kif ukoll tad-deċiżjoni eventwali li tapprova l-kuntratt u tal-kuntratt inniffsu, kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għall-aċċess għad-dokumenti ta’ din is-sejħa għal offerti u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.
2)
It-talbiet ta’ CPL Concordia Soc. coop. intiżi għaċ-ċaħda tat-talba li ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni huma miċħuda bħala manifestement inammissibbli.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti minn Europower SpA, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
4)
CPL Concordia għandha tbati l-ispejjeż tagħha, inklużi dawk relatati ma’ din il-kawża kif ukoll mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 235, 21.7.2014.
Full & Egal Universal Law Academy