8.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/22
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2016 – Marcuccio vs L-Unjoni Ewropea
(Kawża T-409/14) (1)
((“Rikors għad-danni - Rikorrent li waqaf iwieġeb għat-talbiet tal-Qorti Ġenerali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 287/27)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: L-Unjoni Ewropea, irrapreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Placco, sussegwentement J. Inghelram, P. Giusta u L. Tonini Alabiso, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent minħabba t-tul tal-proċedura fil-Kawżi T-236/02, C-59/06 P u C-617/11 P.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà li tat lok għad-digriet tad-9 ta’ Jannar 2015, Marcuccio vs L-Unjoni Ewropea (T-409/14, mhux ippubblikata, EU:T:2015:18).
3)
Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u dawk sostnuti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-kumplament.
(1) ĠU C 245, 28.7.2014
Full & Egal Universal Law Academy