15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/64
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2014 – Wilders vs Il-Parlament u Il-Kunsill
(Kawża T-410/14 R)
([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Parlament Ewropew - Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali - Inkompatibbiltà tal-kwalità ta’ Membru tal-Parlament Ewropew ma’ dik ta’ Membru ta’ Parlament nazzjonali (projbizzjoni tal-mandat doppju) - Talba għal miżuri provviżorji - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali - Inammissibbiltà”])
2014/C 315/107
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Geert Wilders (rappreżentanti: G. Knoops u C. Hamburger, avukati)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji intiża, essenzjalment, sabiex tippermetti lir-rikorrent jieħu l-ġurament bħala Membru tal-Parlament Ewropew, filwaqt li jibqa’ jeżerċita l-mandat tiegħu bħala Membru tal-Parlament Olandiż.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy