23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/57
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2015 – Grigoriadis et vs Il-Parlament et
(Kawża T-413/14) (1)
((“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Ristrutturar tad-dejn pubbliku tal-Greċja - Involviment tas-settur privat - Dannu relatat mat-tnaqqis tal-krediti - Dikjarazzjonijiet tal-kapijiet tal-Istati jew tal-Gvernijiet taż-Żona Euro u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni - Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro - Assenza ta’ preċiżazzjoni tar-rabta kawżali mad-dannu invokat - Inammissibbiltà”))
(2015/C 389/65)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Grigoris Grigoriadis (Ateni, il-Greċja), Faidra Grigoriadou (Ateni), Ioannis Tsolias (Tessaloniki, il-Greċja), Dimitrios Alexopoulos (Tessaloniki), Nikolaos Papageorgiou (Ateni) u Ioannis Marinopoulos (Ateni) (rappreżentanti: C. Papadimitriou, avukat)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Troupiotis u L. Visaggio, aġenti); Il-Kunsill Ewropew; Il-Grupp tal-Euro; Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino u M. Balta, aġenti); Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u M. Konstantinidis, aġenti); u Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: P. Papapaschalis u P. Senkovic, aġenti);
Suġġett
Minn naħa, talba intiża biex jiġi kkonstatat li l-konvenuti naqsu illegalment milli jieħdu azzjoni għall-finijiet li l-obbligazzjonijiet miżmuma mir-rikorrenti ma jkunux milquta mill-pjan ta’ parteċipazzjoni tas-settur privat fil-programm ta’ finanzjament tad-dejn (PSI), li jnaqqas il-valur tad-dejn tal-Istat Grieg, kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba dan in-nuqqas illegali milli tittieħed azzjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Grigoris Grigoriadis, Faidra Grigoriadou, Ioannis Tsolias, Dimitrios Alexopoulos, Nikolaos Papageorgiou u Ioannis Marinopoulos huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 439, 08.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy