16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/28
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Pannonhalmi Főapátság vs Il-Parlament
(Kawża T-453/14) (1)
([“Rikors għal annullament - Petizzjoni indirizzata lill-Parlament dwar il-proprjetà tal-kastell Lónyay à Rusovce (Is-Slovakkja) - Petizzjoni ddikkjarata inammissibbli - Obbligu ta’ motivazzjoni - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])
(2015/C 381/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrent: Magyar Bencés Kongregáció Pannonhalmi Főapátság (Pannonhalma, l-Ungerija) (rappreżentant: D. Sobor, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Pospíšilová Padowska u T. Lukácsi, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-petizzjonijiet tal-Parlament, tas-16 ta’ April 2014, li permezz tagħha din il-Kummissjoni ddikkjarat inammissibbli l-petizzjoni magħmula mir-rikorrenti fis-26 ta’ Ġunju 2013, minħabba li ma kinitx taqa’ taħt l-oqsma ta’ attività tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Magyar Bencés Kongregáció Pannonhalmi Főapátság hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet ta’ intervent tar-Repubblika Slovakka u tal-Ungerija.
(1) ĠU C 303, 8.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy