16.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/26
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Jannar 2015 – La Perla vs UASI – Alva Management (LA PERLA)
(Kawża T-492/14) (1)
((Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))
(2015/C 089/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: La Perla sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Siciarek, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Alva Management GmbH (Icking, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Hanika, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ April 2014 (Kawża Nru: R 626/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Alva Management GmbH u La Perla sp.zo.o.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Ir-rikorrenti u l-intervjenenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull wieħed minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenut.
(1) ĠU C 282, 25.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy