22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/34
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2016 – Klymenko vs Il-Kunsill
(Kawża T-494/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent - Terminu għall-preżentata tar-rikors - Ammissibbiltà - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni fil-lista - Rikors manifestament fondat”))
(2016/C 305/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Oleksandr Klymenko (Kiev, l-Ukrajna) (rappreżentanti: M. Shaw, QC, u I. Quirk, barrister)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u J. P. Hix, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/216/PESK, tal-14 ta’ April 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 26), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 381/2014, tal-14 ta’ April 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 1), huma annullati sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/216/PESK, tal-14 ta’ April 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 381/2014, tal-14 ta’ April 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Oleksandr Klymenko.
2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn O. Klymenko.
(1) ĠU C 292, 1.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy