6.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/18
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2015 – Ertico – Its Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-499/14) (1)
((“Rakkomandazzjoni 2003/361/KE - Kriterji ta’ definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju fil-politiki tal-Unjoni - Deċiżjoni tal-Bord ta’ Validazzjoni tal-Kummissjoni - Irtirar tad-deċiżjoni - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 221/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Road Transport Telematics Implementation Coordination Organisation – Intelligent Transport Systems & Services Europe (Ertico – Its Europe) (Brussell, il-Belġju)(rappreżentanti: M. Wellinger u K. T’Syen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u M. Clausen, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord ta’ Validazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ April 2014 li tiddikjara li r-rikorrenti ma tistax tiġi kklassifikata bħala impriża mikro, żgħira jew ta’ daqs medju fis-sens tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/CE, tas-6 ta’ Mejju 2003, dwar id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, p. 36).
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-European Road Transport Telematics Implementation Coordination Organisation - Intelligent Transport Systems & Services Europe (Ertico - Its Europe).
(1) ĠU C 380, 27.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy