20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/26
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2015 – Seven for all mankind vs UASI – Seven (SEVEN FOR ALL MANKIND)
(Kawża T-505/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali SEVEN FOR ALL MANKIND - Trade Mark Komunitarja u internazzjonali figurativa preċedenti Seven - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))
(2015/C 127/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Seven for all mankind LLC (Vernon, Californie, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Gautier-Sauvagnac, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Seven SpA (Leinì, l-Italja) (rappreżentant: L. Trevisan, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra l-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ April 2014 (Każ Nru R 1277/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Seven SpA u Seven for all mankind LLC.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Seven for all mankind ikkundannata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 292, 1.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy