8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/42
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal–25 ta’ Ottubru 2017 – Novartis Europharm vs Il–Kummissjoni
(Kawża T-511/14) (1)
((“Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Zoledronic acid Teva Generics - aċidu żoledroniku - Perijodu ta’ protezzjoni tal-prodott mediċinali Aclasta li jinkludi s-sustanza attiva aċidu żoledroniku - Irtirar tal-att ikkontestat - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2018/C 005/56)
Lingwa tal-kawża: l–Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Novartis Europharm Ltd (Camberley, ir–Renju Unit) (rappreżentant: C. Schoonderbeek, avukat)
Konvenuta: Il–Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos u M. Wilderspin, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)2155 finali tas-27 ta’ Marzu 2014 li tagħti lil Teva Generics BV awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem Zoledronic acid Teva Generics – aċidu żoledroniku, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229).
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta’ Teva BV.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 388, 3.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy