1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/54
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2015 – GreenPack vs UASI (greenpack)
(Kawża T-513/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 038/71)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: GreenPack GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minnt P. Ruess u A. Doepner-Thiele, sussegwentement minn C. Glasemann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn G. Schneider, sussegwentement minn G. Schneider u D. Botis, aġenti)
Suġġett
Rikors ipprenżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ April 2014 (Kaz R 2324/2013-1), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali greenpack bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
GreenPack GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 303, 8.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy