13.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 361/10
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Awwissu 2014 – Alsharghawi vs Il-Kunsill
(Kawża T-532/14 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Libja - Lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi”))
2014/C 361/13
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bashir Saleh Bashir Alsharghawi (Johannesbourg, l-Afrika t’Isfel) (rappreżentant: E. Moutet, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea(rappreżentanti: A. Vitro u V. Piessevaux, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, tat-28 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 58, p. 53), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/178/PESK, tat-23 ta’ Marzu 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 78, p. 24), sa fejn jirrigwardaw lir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy