16.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 56/23
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Alsharghawi vs Il-Kunsill
(Kawża T-532/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza - Inammissibbiltà”))
(2015/C 056/33)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bashir Saleh Bashir Alsharghawi (Johannesburg, l-Afrika t’Isfel) (rappreżentant: É. Moutet, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u V. Piessevaux, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, tat 28 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 58, p. 53), u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/178/PESK, tat-23 ta’ Marzu 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/137 (ĠU L 78, p. 24), sa fejn jirrigwardaw lir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Bashir Saleh Bashir Alsharghawi huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 303, 8.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy