16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/29
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – Kolarova vs REA
(Kawża T-533/14 P) (1)
([“Appell - Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - REA - Setgħat iddelegati lill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ - Delega lill-Uffiċċju ‘Ġestjoni u kalkolu tad-drittijiet individwali’ (PMO) - Rikors ippreżentat kontra l-istituzzjoni li tiddelega - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”])
(2015/C 381/31)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Desislava Kolarova (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Appellata: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) (rappreżentanti: S. Payan-Lagrou, aġent, assistita minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ April 2014, Kolarova vs REA (F-88/13, ĠabraSP, EU:F:2014:58), u b’mod partikolari, intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Desislava Kolarova għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 351, 6.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy