22.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 68/27
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Murnauer Markenvertrieb vs UASI – Bach Flower Remedies (MURNAUERS Bachblüten)
(Kawża T-534/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-opożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 068/35)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Murnauer Markenvertrieb GmbH (Egelsbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Traub u D. Horst, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bach Flower Remedies Ltd (Wimbledon, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Renck u M. Petersen, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Mejju 2014 (Każ R 2041/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn entre Murnauer Markenvertieb GmbH u Bach Flower Remedies Ltd.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Murnauer Markenvertrieb GmbH u Bach Flower Remedies Ltd huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASII).
(1) ĠU C 351, 6.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy