21.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/45
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2015 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI (Extra)
(Kawża T-552/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Extra - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])
(2015/C 311/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wm. Wrigley Jr. Company (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter u C. Schmitt, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Mejju 2014 (Każ R 199/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Extra bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Wm. Wrigley Jr. Company hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 351, 6.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy