16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/29
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – L-Estonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-555/14) (1)
((“Sajd - Investimenti favur bastiment tas-sajd imwettqa mill-Estonja - Deċiżjoni ta’ sospensjoni tal-ħlasijiet intermedjarji - Irtirar tad-deċiżjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 381/32)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentanti: N. Grünberg u K. Kraavi-Käerdi, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: E. Randvere u K. Walkerová, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 3271 finali, tal-14 ta’ Mejju 2014, dwar is-sospensjoni tal-ħlasijiet intermedjarji mħallsa favur l-Estonja għall-perijodu 2007-2013 fil-kuntest tal-programm operazzjonali ta’ appoġġ mill-Fond Ewropej għas-Sajd.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 372, 20.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy