16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/30
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2015 – EEB vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-565/14) (1)
([“Ambjent - Regolament (KE) Nruo1367/2006 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar in-notifika mill-Polonja ta’ pjan nazzjonali tranżittorju, kif deskritt fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali - Rifjut ta’ eżami mill-ġdid intern - Miżura ta’ portata individwali - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Terminu ta’ rikors - Tardività - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”])
(2015/C 381/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: European Environmental Bureau (EEB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Podskalská, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin, S. Petrova u G. Wilms, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 804 finali, tas-17 ta’ Frar 2014, dwar in-notifika mir-Repubblika tal-Polonja ta’ pjan nazzjonali tranżittorju, hekk kif deskritt fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE, dwar l-emissjonijiet industrijali, u, min-naħa l-oħra, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares (2014) 1915757, tat-12 ta’ Ġunju 2014, li tiċħad bħala inammissibbli t-talba tar-rikorrent intiża sabiex il-Kummissjoni teżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tagħha tas-17 ta’ Frar 2014.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew u tar-Repubblika tal-Polonja.
3)
European Environmental Bureau (EEB) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
4)
EEB, il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu kull wieħed, l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.
(1) ĠU C 395, 10.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy