2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/43
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2016 – Larymnis Larko vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-576/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Privatizzazzjoni - Miżuri ta’ sostenn favur debitriċi tar-rikorrenti - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”))
(2016/C 156/57)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Elliniki Metalleftiki kai Metallourgiki Larymnis Larko AE (Kallithea, il-Greċja) (rappreżentant: V. Koulouris, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar, aġent, assistit minn V. Chatzopoulos, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 1805, tas-27 ta’ Marzu 2014, li tiddikjara li l-bejgħ ta’ wħud mill-assi użati minn Larko General Mining & Metallurgical Company SA ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat [SA.37954 (2013/N)].
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Elliniki Metalleftiki kai Metallourgiki Larymnis Larko AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 395, 10.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy