16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/31
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2015 – VSM Geneesmiddelen vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-578/14) (1)
([“Rikors għal nuqqas li ttieħed azzjoni u għal annullament - Protezzjoni tal-konsumaturi - Indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq l-ikel - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Sustanzi botaniċi - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”])
(2015/C 381/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: VSM Geneesmiddelen BV (Alkmaar, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: U. Grundmann, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: initizjalment J. Enegren, sussegwentement M. Wilderspin u S. Grünheid, aġenti)
Suġġett
Talba li jiġi kkonstatat in-nuqqas li ttieħed azzjoni mill-Kummissjoni sa fejn illegalment astjeniet milli tordna lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) sabiex tevalwa l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa dwar is-sustanzi botaniċi bħala kundizzjoni minn qabel għall-adozzjoni tal-lista definittiva ta’ indikazzjoniiet awtorizzati konformement mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9), u, susidjarjament, talba għal annullament tad-deċiżjoni, li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2014, li tirrifjuta li tordna lill-EFSA l-evalwazzjoni tal-imsemmija indikazzjonijiet.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
VSM Geneesmiddelen BV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 339, 29.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy