30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/29
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ April 2016 – Aduanas u Servicios Fornesa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-580/14) (1)
([“Unjoni doganali - Importazzjoni tal-ġuleppijiet taz-zokkor imħawrin jew ikkuluriti li ġejjin minn Andorra - Frodi - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Talba għal maħfra ta’ dazji tal-importazzjoni - Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nruo2913/92 - Tmiem ta’ interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”])
(2016/C 191/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Aduanas u Servicios Fornesa, SL (Lleida, Spanja) (rappreżentanti: I. Toda Jiménez, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros, B.R. Killmann u L. Lozano Palacios, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2376 finali, tal-15 ta’ April 2014, li tikkonstata f’każ partikolari li l-maħfra ta’ dazji tal-importazzjoni ma hijiex iġġustifikata (REM 02/2012).
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
2)
Aduanas y Servicios Fornesa, SL għandha tbati terz tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll l-ispejjeż tagħha.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 315, 15.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy