28.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 320/27
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2015 – Pro Asyl vs EASO
(Kawża T-617/14) (1)
((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Pjan ta’ Operazzjoni sabiex jintbagħat tim ta’ appoġġ ‘ażil’ fit-territorju tal-Bulgarija - Rifjut ta’ aċċess - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għal annullament - Reġistru elettroniku ta’ dokumenti - Inammissibbiltà parzjali manifesta”))
(2015/C 320/43)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Pro Asyl Bundesweite Arbeitsgemeinschaft für Flüchtlinge eV (Frankfurt-am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Hilbrans, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) (rappreżentanti: L. Cerdán Ortiz-Quintana, aġent, assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba għal annullament tal-ittra – EASO/ED/2014/134 tal-EASO, tal-10 ta’ Ġunju 2014.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors sa fejn jitlob l-annullament tal-EASO/ED/2014/134 tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), tal-10 ta’ Ġunju 2014, li tirrifjuta l-aċċess għall-Pjan ta’ Operazzjoni sabiex jintbagħat tim ta’ appoġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Bulgarija.
2)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli għall-kumplament.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 409, 17.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy