16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/33
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2015 – Diapharm vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-620/14) (1)
([“Rikors għal nuqqas li ttieħed azzjoni u għal annullament - Protezzjoni tal-konsumaturi - Indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq l-ikel - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Sustanzi botaniċi - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”])
(2015/C 381/37)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Diapharm GmbH & Co. KG (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Weidner, N. Hußmann u T. Guttau, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wilderspin u S. Grünheid, aġenti)
Suġġett
Talba li jiġi kkonstatat in-nuqqas li ttieħed azzjoni mill-Kummissjoni sa fejn illegalment astjeniet milli tordna lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) sabiex tevalwa l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa dwar is-sustanzi botaniċi bħala kundizzjoni minn qabel għall-adozzjoni tal-lista definittiva ta’ indikazzjoniiet awtorizzati konformement mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Diapharm GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 409, 17.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy