25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/55
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-636/14) (1)
((“Sistema lingwistika - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti għal pożizzjoni ta’ Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni - Rekwiżiti lingwistiċi li jinsabu fil-modulu ta’ preżentazzjoni online tal-kandidaturi - Allegata diverġenza mal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))
(2016/C 027/71)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas, V. Čepaitė u R. Krasuckaitė, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-avviż ta’ post battal [pożizzjoni vakanti] COM/2014/10356 ta’ Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2014, C 185 A, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-intervent tagħha.
(1) ĠU C 388, 3.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy