4.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/32
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2016 – DEI vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-639/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Ilmenti - Deċiżjonijiet ta’ ċaħda - Evalwazzjoni preliminari tal-Kummissjoni - Deċiżjoni finali - Tħassir tal-att ikkontestat - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 118/36)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: E. Bourtzalas, D. Waelbroeck, A. Oikonomou, C. Synodinos u E. Salaka, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u É. Gippini Fournier, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni COMP/E3/ON/AB/ark *2014/61460, tat-12 ta’ Ġunju 2014, li fiha l-Kummissjoni ċaħdet ilmenti mir-rikorrenti fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.
2)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent ta’ Alouminion tis Ellados AE.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 395, 10.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy