28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/47
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2017 – NTS Energie- und Transportsysteme vs EUIPO – Schütz (X-Windwerk)
(Kawża T-649/14) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Nomina ta’ rappreżentant ġdid - Nuqqas ta’ azzjoni tar-rikorrenti - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2017/C 283/73)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: NTS Energie- und Transportsysteme GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Mach u W. Plewinski, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Schütz GmbH & Co. KGaA (Selters, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Oerter u E. Tuchscherer, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Mejju 2014 (Każ R 978/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Schütz u NTS Energie- und Transportsysteme.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti.
2)
NTS Energie- und Transportsysteme hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u għal dawk ta’ Schütz GmbH & Co. KgaA.
(1) ĠU C 395, 10.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy