16.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 56/24
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2014 – AF Steelcase vs UASI
(Kawża T-652/14 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Provvista u installazzjoni ta’ għamara - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ fumus boni juris”))
(2015/C 056/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: AF Steelcase, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: S. Rodríguez Bajón, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentanti: N. Bambara u M. Paolacci, aġenti)
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji intiża, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-8 ta’ Lulju 2014, li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti dwar il-provvista u l-installazzjoni ta’ għamara u ta’ aċċessorji fil-bini tal-UASI.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy