6.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/19
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2015 – Klar u Fernandez Fernandez vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-655/14 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kumitat tal-Persunal tal-Kummissjoni - Revoka mit-taqsima lokali tal-Lussemburgu ta’ wieħed mill-membri sħaħ tagħha fil-Kumitat Ċentrali tal-persunal - Deċiżjoni li tirrifjuta li tiġi rrikonoxxuta l-legalità tad-deċiżjoni ta’ revoka - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli - Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża - Att li jikkawża preġudizzju - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))
(2015/C 221/26)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Robert Klar (Grevenmacher, il-Lussemburgu); u Francisco Fernandez Fernandez (Steinsel, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Salerno, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u J. Currall, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tas-16 ta’ Lulju 2014, Klar u Fernandez Fernandez vs Il-Kummissjoni (F-114/13, ĠabraSP, EU:F:2014:192), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Robert Klar u Francisco Fernandez Fernandez għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 380, 27.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy