16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/34
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Monster Energy vs UASI (GREEN BEANS)
(Kawża T-666/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza - Notifika tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell permezz ta’ faks - Riċezzjoni tal-faks - Tardività - Assenza ta’ forza maġġuri jew ta’ każ fortuwitu - Inammissibbiltà manifesta”))
(2015/C 381/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, l-Istati Uniti tal-Amerka) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 1530/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali GREEN BEANS bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Monster Energy Company hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 127, 20.4.2015.
Full & Egal Universal Law Academy