26.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/34
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2014 – SEA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-674/14 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Obbligu ta’ rkupru ta’ għajnuna mogħtija mill-operatur pubbliku ta’ ajruport favur kumpannija sussidjarja inkarigata minn servizzi ta’ ġestjoni - Stralċ tal-imsemmija kumpannija - Stabbiliment ta’ kumpannija ġdida inkarigata minn servizzi ta’ ġestjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat bl-għan li tiġi eżaminata l-eżistenza ta’ kontinwità ekonomika bejn iż-żewġ kumpanniji - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali - Inammissibbiltà - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2015/C 026/43)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Società per azioni esercizi aeroportuali (SEA) (Segrate, l-Italja) (rappreżentanti: F. Gatti, J. F. Bellis, F. Di Gianni u A. Scalini, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë u G. Conte, aġenti)
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji intiża, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 4537 finali, ta-9 ta’ Lulju 2014, sabiex tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, skont l-Artikolu 108(2) TFUE, dwar l-istabbiliment tal-kumpannija Airport Handling [SA.21420 (2014/NN) – L-Italja – Stabbiliment ta’ Airport Handling].
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy