16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/36
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – L-Islovakkja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-678/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Riżorsi proprji tal-Unjoni - Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri - Obbligu li jitħallas lill-Kummissjoni l-ammont li jikkorrispondi ma’ telf ta’ riżorsi proprji - Ittra tal-Kummissjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))
(2015/C 381/41)
Lingwa tal-kawża: l-Islovakk
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Grønfeldt, A. Tokár u M. Wasmeier, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra BUDG/B/03MV D (2014) 2351197, tal-15 ta’ Lulju 2014, li permezz tagħha din tal-aħħar tordna lir-Repubblika Slovakka li tagħmel għad-dispożizzjoni tagħha l-ammont gross ta’ EUR 1 6 02 457,33 (li minnu għandu jitnaqqas 25 % bħala spejjeż ta’ ġbir) li jikkorrispondi ma’ telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali, u dan mhux iktar tard mill-ewwel ġurnata ta’ xogħol li ssegwi d-dsatax-il jum tat-tieni xahar wara li din l-ittra kienet intbagħtet.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Rumanija.
3)
Ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
4)
Ir-Repubblika Slovakka, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Rumanija għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.
(1) ĠU C 448, 15.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy