16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/36
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2015 – EEB vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-685/14) (1)
((“Ambjent - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tan-notifika mill-Bulgarija ta’ pjan nazzjonali tranżitorju, kif imsemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali - Rifjut ta’ eżami interna mill-ġdid - Miżura ta’ portata individwali - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”))
(2015/C 381/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Environmental Bureau (EEB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Podskalská, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin, S. Petrova u G. Wilms, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2002 finali, tal-31 ta’ Marzu 2014, fir-rigward tan-notifika mir-Repubblika tal-Bulgarija ta’ pjan nazzjonali tranżitorju, kif imsemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali, u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares (2014) 2317513, tal-11 ta’ Lulju 2014, li tiċħad bħala inammissibbli it-talba tar-rikorrent intiża li l-Kummissjoni teżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tagħha tal-31 ta’ Marzu 2014.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għall-intervent tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
European Environmental Bureau (EEB) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
4)
EEB, il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill għandhom kull wieħed minnhom ibatu l-ispejjeż marbuta mat-talbiet għall-intervent.
(1) ĠU C 431, 1.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy